Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta' Mejju 2010 - KNUT IP Management vs UASI - Zoologischer Garten Berlin (KNUT - DER EISBÄR)

(Kawża T-250/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: KNUT IP Management Ltd. (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: C. Jaeckel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Zoologischer Garten Berlin AG (Berlin, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta' Marzu 2010 fil-Każ R 650/2009-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inkluż l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "KNUT - DER EISBÄR" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 25, 28 u 41

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Zoologischer Garten Berlin AG

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark Ġermaniża verbali "KNUD" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 28; it-trade mark Ġermaniża "Knut der Eisbär" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25, 28 u 41; it-trade mark Ġermaniża verbali "KNUT" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 4, 5, 8, 9, 11, 12, 14, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 28, 29, 30, 32, 33, 35, 39, 41, 42 u 43; it-trade mark Ġermaniża "KNUT" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 18, 21, 25, 28, 35, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u oppożizzjoni kompletament milqugħa

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 inkwantu mhemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).