Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2013 – ZZ vs EEAS

(Kawża F-101/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: EEAS

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tad-19 ta’ Diċembru 2012, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2013, li ma tingħatax iktar l-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja prevista fl-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal lill-uffiċjali assenjati fir-Repubblika tal-Mawrizju.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tħassar b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013 kull allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja fil-konfront tar-rikorrenti fis-sens tal-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal;

tikkundanna lill-EEAS għall-ispejjeż.