Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – GEA Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-45/10)1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Swieq Ewropej ta’ stabilizzaturi termiċi ESBO/esteri - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Iffissar ta’ prezzijiet, tqassim tas-swieq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali sensittiva – Multi – Imputazzjoni tal-ksur – Preżunzjoni kapitalistika – Tul u prova tal-ksur – Preskrizzjoni – Tul tal-proċedura amministrattiva – Terminu raġonevoli – Drittijiet tad-difiża”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GEA Group AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Kallmayer, I. du Mont, G. Schiffers u R. Van der Hout, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Sauer u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn W. Berg, avukat)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8682 final, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 - Stabilizzaturi termiċi), jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.GEA Group AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1  ĠU C 100, 17.4.2010.