Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Białymstoku – il-Polonja) – Małgorzata Nierodzik vs Samodzielny Publiczny Psychiatryczny Zakład Opieki Zdrowotnej im. dr Stanisława Deresza w Choroszczy

(Kawża C-38/13) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP – Klawżola 4 – Kunċett ta’ ‘kondizzjonijiet ta’ l-impjiegʼ – Perijodu ta’ preavviż ta’ rexissjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat – Differenza fit-trattament mal-ħaddiema għal żmien indeterminat)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Białymstoku

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Małgorzata Nierodzik

Konvenut: Samodzielny Publiczny Psychiatryczny Zakład Opieki Zdrowotnej im. dr Stanisława Deresza w Choroszczy

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Sąd Rejonowy w Białymstoku - Interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) kif ukoll tal-Klawżoli 1 u 4 tal-Anness ta’ din id-direttiva - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi perijodi ta’ preavviż inqas favorevoli fil-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat milli fil-kuntratti għal żmien indeterminat

Dispożittiv

Il-Klawżola 4(1), tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprevedi, għar-rexissjoni tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat ta’ iktar minn sitt xhur, il-possibbiltà li jiġi applikat perijodu ta’ preavviż fiss ta’ ġimagħtejn indipendentement mill-anzjanità tal-ħaddiem ikkonċernat, filwaqt li l-perijodu ta’ preavviż għar-rexissjoni fil-każ tal-kuntratti għal żmien indeterminat jiġi stabbilit skont l-anzjanità tal-ħaddiem ikkonċernat u jista’ jvarja minn ġimagħtejn sa tliet xhur, meta dawn iż-żewġ kategoriji ta’ ħaddiema jkunu jinsabu f’sitwazzjonijiet komparabbli.

____________

1 ĠU C 141, 18.05.2013.