Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Ġunju 2008 - Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-206/08)

Lingwa tal-kawża:L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: Sr. F. Díez Moreno)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/321/EC tat-8 ta' April 2008, li teskludi mill-finanzjalment Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewopew ta' Gwida u Garanzia (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewopew ta' Garanzia (FAEG), sa fejn tinkludi korrezzjonijiet li jaffettwaw ir-Renju ta' Spanja, li jirriżultaw minn żewġ investigazzjonijiet dwar il-potenzjali għal produzzjoni tal-vitikultura (VT/VI/2002/14 u VT/VI/2006/09) għal ammont totali ta' EUR 54 949 195,80, li tirriżulta minn applikazzjoni ta' korrezzjoni ta' ħlas f'daqqa ta' 10 % ta' l-ispejjeż kollha ddikjarati fid-dawl ta' l-għajnuna relatata preċedenti, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-esklużjonijiet mill-finanzjament Komunitarju li jaffettwaw lil Spanja f'din il-kawża, li jirriżultaw minn żewġ investigazzjonijiet dwar il-potenzjal ta' produzzjoni tal-vitikultura (VT/VI/2002/14 u VT/VI/2006/09, li għandhom bħala bażi ta' kalkolu tal-korrezzjoni finanzjarja l-ispejjeż iddikjarati minn Spanja għall-miżuri ta' għajnuna kollha li għalihom setgħu jikkompetu l-prodotti li jirriżultaw minn plottijiet illegali ta' pjantaġġuni tad-dwieli, fis-snin finanzjarji 2003 u 2004, għal ammont totali ta' EUR 59 949 195,80 (korrezzjoni ta' ħlas f'daqqa ta' 10 % ta' l-ispejjeż kollha ddikjarati fid-dawl ta' din l-għajnuna, minħabba nuqqasijiet fil-kontroll tal-projbizzjoni ta' kwalunkwe pjantaġġun ta' dwieli).

Ir-Renju ta' Spanja jikkontesta l-korrezzjoni finanzjarja proposta, billi jikkunsidraha inġustifikata u sproporzjonata abbażi ta' l-argumenti li ġejjin :

in-nuqqas ta' motivazzjoni tal-korrezzjoni proposta;

it-twettiq korrett mill-korpi Spantoli ta' kontroll fl-iskoperta ta' pjantaġġuni illegali fis-snin 2003 u 2004;

in-nuqqas ta' twettiq, min-naħa tad-dipartimenti tal-Kummissjoni, tal-proċeduri previsti fil-kuntest ta' likwidizzjoni ta' kontabbiltà;

l-inadegwatezza ta' l-użu tar-riżultati ta' l-investigazzjoni mwettqa fis-sena 2002;

ir-rifjut ta' l-estrapolazzjoni tal-korrezzjoni proposta lill-Komunitajiet Awtonomi li ma saritx żjara fihom; u

in-nuqqas ta' argumenti teknici li jsostnu l-perċentwali proposta ta' impożizzjoni: aspetti diskriminatorji tal-mezzi varji ta' regolamentazzjoni.

____________