Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2023 – Delta-Sport Handelskontor vs EUIPO – Decathlon (Maskri tal-għaddasa)

(Kawża T-1061/23)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Delta-Sport Handelskontor GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Boespflug, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Decathlon (Villeneuve-d’Ascq, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju (Maskri tal-għaddasa) – Disinn Komunitarju Nru 2 526 699-0001

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Awwissu 2023 fil-Każ R 1731/2022-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u d-disinn kontenzjuż;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Nuqqas ta’ karattru individwali tad-Disinn Komunitarju kontenzjuż fis-sens tal-Artikolu 4(1) u tal-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.

____________