Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2023 – AFG vs Il-Kummissjoni (Żona franka ta’ Madeira)

(Kawża T-722/22) 1

(Għajnuna mill-Istat – Żona franka ta’ Madeira – Skema ta’ għajnuna implimentata mill-Portugall – Deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta’ konformità tal-iskema mad-deċiżjonijiet C(2007) 3037 final u C(2013) 4043 final, li jiddikjaraw din l-iskema inkompatibbli mas-suq intern u li jordnaw l-irkupru tal-għajnuna mħallsa b’applikazzjoni tagħha – Kunċett ta’ ‘għajnuna mill-Istat’ – Għajnuna li teżisti fis-sens tal-Artikolu 1(b)(ii) tar-Regolament (UE) 2015/1589 – Irkupru – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali – Proporzjonalità – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: AFG, SA (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Estima Martins, F. Castro Guedes u L. Seifert Guincho, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Barcew u P. Caro de Sousa, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tal-Artikoli 1 u 4 sa 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (ĠU 2022, L 217, p. 49).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

AFG, SA (Zona Franca da Madeira) hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 24, 23.1.2023.