Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fil-11 ta’ Awwissu 2021 – Eircom Limited vs Commission for Communications Regulation

(Kawża C-494/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Eircom Limited

Konvenut: Commission for Communications Regulation

fil-preżenza ta’: Vodafone Ireland Limited, Three Ireland (Hutchinson) Limited, Three Ireland Services (Hutchinson) Limited

Domandi preliminari

F’ċirkustanzi fejn:

Is-suq tat-telekommunikazzjonijiet ġie illiberallizzat u jeżistu operaturi ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni multipli li joperaw fis-suq;

operatur ta’ servizz partikolari (il-“Fornitur ta’ Servizz Universali” jew “USP”) intagħżel min-National Regulatory Authority (l-Awtorità Nazzjonali Regolatorja, l-Irlanda, iktar ’il quddiem in-“NRA”) sabiex twettaq Obbligi ta’ Servizz Universali (iktar ’il quddiem “USO”);

in-NRA ddeterminat li hemm spiża netta pożittiva assoċjata mat-twettiq ta’ USOs (“l-Ispiża Netta tal-USO”); u

in-NRA ddeterminat li l-Ispiża Netta tal-USO hija materjali meta mqabbla mal-ispejjeż amministrattivi tal-istabbiliment ta’ mekkanmiżmu ta’ kondiviżjoni fir-rigward tal- Ispiża Netta tal-USO bejn parteċipanti fis-suq;

In-NRA, b’konformità mal-obbligi tagħha taħt id-Direttiva dwar Servizz Universali 2002/22 1 , hija obbligata li tikkunsidra jekk l-Ispiża Netta tal-USO hija eċċessiva fid-dawl tal-kapaċità tal-USP li jħallasha, inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi kollha tal-USP, b’mod partikolari, il-kwalità tat-tagħmir tiegħu, is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja u s-sehem tiegħu tas-suq (kif imsemmi fil-paragrafu 42 tal-Bażi) huwa permess taħt id-Direttivi għan-NRA li tagħmel evalwazzjoni billi tqis biss il-karatteristiċi/sitwazzjoni tal-USP fir-rigward tal-kompetituri tiegħu fis-suq relevanti?

____________

1 Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367).