Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fid-19 ta’ Diċembru 2023 – Liège Airport Security vs État belge, irrappreżentat mill-Ministre de l’Intérieur
(Kawża C-783/23, Liège Airport Security)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Liège Airport Security
Konvenut: État belge, irrappreżentat mill-Ministre de l’Intérieur
Domanda preliminari
L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità kompetenti maħtura taħt dik id-dispożizzjoni tiżgura s-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni msemmija fl-Artikolu 4, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe awtorità oħra, biss meta dawn l-istandards jirriżultaw minn regoli speċifiċi għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili?
____________
1 ĠU 2008, L 97, p. 72.