Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 taʼ Mejju 2013 – Brauerei Beck vs UASI – Aldi (Be Light)

(Kawża T-172/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Be Light – Trade mark Komunitarja preċedenti BECK’S – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ xebh tas-sinjali – Artikoklu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Brauerei Beck GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u C. Töbelmann Valeska, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, L. Kolks u C. Fürsen Cay, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Jannar 2012 (Każ R 2258/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Brauerei Beck GmbH & Co. KG u Aldi GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Brauerei Beck GmbH & Co. KG hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Aldi GmbH & Co. KG.

____________

1     ĠU C 194, 30.06.2012.