Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Peri vs UASI [Forma ta’ għodda għall-issikkar ta’ kamin (turnbuckle)]
(Kawża T-171/12) 1
[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali – Forma ta’ għodda għall-issikkar ta’ kamin (turnbuckle) – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Peri GmbH (Weißenhorn, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Dönch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Jannar 2012 (Każ R 1209/2011-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal tridimensjonali kkostitwit minn forma ta’ għodda għall-issikkar ta’ kamin (turnbuckle) bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Peri GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.