Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2015 – Ir-Renju Unit vs BĊE

(Kawża T-496/11) 1

(“Politika ekonomika u monetarja — BĊE — Rikors għal annullament — Qafas ta’ sorveljanza tal-Eurosistema — Att li jista’ jiġi kkontestat — Ammissibbiltà — Sorveljanza tas-sistemi ta’ ħlas u ta’ regolarizzazzjoni ta’ titoli — Rekwiżit ta’ lokalizzazzjoni fi Stat Membru tal-Eurosistema applikat għas-sistemi ta’ clearing minn kontroparti ċentrali — Kompetenza tal-BĊE”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju Unit u tal-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Ossowski, S. Behzadi-Spencer u E. Jenkinson, sussegwentement S. Behzadi-Spencer u E. Jenkinson, u finalment V. Kaye, aġenti, assistiti minn K. Beal, QC, u P. Saini, QC)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: inizjalment A. Sáinz de Vicuña Barroso u K. Laurinavičius, sussegwentement A. Sáinz de Vicuña Barroso u P. Papapaschalis u finalment M. Papapaschalis u P. Senkovic, aġenti, assistiti minn R. Subiotto, QC, F.-C. Laprévote, avukat, u P. Stuart, barrister)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, C. Meyer-Seitz, C. Stege, S. Johannesson, U. Persson u H. Karlsson, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, abogado del Estado); u r-Repubblika Franċiża (rappreżentanti G. de Bergues, D. Colas u E. Ranaivoson, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tal-qafas ta’ sorveljanza tal-Eurosistema ppubblikat mill-BĊE fil-5 ta’ Lulju 2011, sa fejn dan jistabbilixxi rekwiżit ta’ lokalizzazzjoni applikabbli għall-kontropartijiet ċentrali stabbiliti fi Stati Membri li ma jifformawx parti mill-Eurosistema.DispożittivIl-qafas ta’ sorveljanza tal-Eurosistema, ippubblikat mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fil-5 ta’ Lulju 2011, huwa annullat sa fejn dan jistabbilixxi rekwiżit ta’ lokalizzazzjoni fi ħdan Stat Membru tal-Eurosistema għall-kontropartijiet ċentrali li jintervjenu fil-clearing ta’ titoli finanzjarji.Il-BĊE għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.