Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Lulju 2008 - Securvita vs UASI (Natur-Aktien-Index)

(Kawża T-285/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Securvita Gesellschaft zur Entwicklung alternativer Versicherungskonzepte mbH (Amburgu, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. van Eendenburg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tbiddel id-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell tas-26 ta' Mejju 2008 fil-Każ R 525/2007-4 fis-sens li tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali "Natur-Aktien-Index" bħala trade mark Komunitarju fl-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI).

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Natur-Aktien-Index" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 36 u 42 (Applikazzjoni Nru 4 861 175).

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ċaħda tat-talba.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda ta' l-applikazzjoni

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 40/941, sa fejn it-trade mark li saret applikazzjoni għaliha mhijiex nieqsa minn karattru distintiv.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 1994, p. 1).