Language of document : ECLI:EU:T:2011:79





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Marzu 2011 – Il‑Kummissjoni vs Edificios Inteco

(Kawża T-235/09)

“Klawżola ta’ arbitraġġ – Programm għall-promozzjoni ta’ teknoloġiji ta’ enerġija għall-Ewropa (Thermie) – Kuntratt dwar il-kostruzzjoni f’Valladolid (Spanja) ta’ ċentru kummerċjali u ta’ negozju mgħammar b’sistema ta’ klimatizzazzjoni solari – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt – Rimbors tas-sommom imħallsa bil-quddiem – Interessi moratorji – Proċedura fil-kontumaċja”

Proċedura - Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt konkluż bejn il-Kummissjoni u kumpannija għall-implementazzjoni ta’ proġett fil-kuntest tal-promozzjoni ta’ teknoloġiji ta’ enerġija għall-Ewropa (Thermie) - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt -Dritt tal-Kummissjoni għar-rimbors tas-sommom imħallsa bil-quddiem flimkien mal-interessi moratorji (Artikolu 238 KE) (ara l-punti 49-55, 66, 70, 71, 74, 75)

Suġġett

Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni bis-saħħa tal-Artikolu 238 KE sabiex tikseb ir-rimbors tas-somma ta’ EUR 157 238.07 li hija kienet ħallset lill-konvenuta fil-kuntest ta’ proġett ta’ kostruzzjoni f’Valladolid ta’ ċentru kummerċjali u ta’ negozju mgħammar b’sistema ta’ klimatizzazzjoni solari (Kuntratt BU/1041/93), flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

1)

Edificios Inteco, SL hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 157 238.07, flimkien mas-somma ta’ EUR 81 686.22 li tikkorrispondi għall-interessi dovuti sal-1 ta’ Ġunju 2009.

2)

Edificios Inteco hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR 21.73796 għal kull ġurnata ta’ dewmien addizzjonali b’effett mit-2 ta’ Ġunju 2009 sakemm id-dejn kollu jitħallas lura.

3)

Edificios Inteco hija kkundannata għall‑ispejjeż.