Language of document : ECLI:EU:T:2012:127





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-236/09)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi esterni ta’ żvilupp, ta’ studji u ta’ sostenn għal sistemi ta’ informazzjoni — Ċaħda tal-offerti ta’ offerent — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Trasparenza — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Perijodu ta’ validità tal-offerti — Suġġett — Possibbiltà għall-awtorità kontraenti li titlob lill-offerenti proroga ta’ validità — Obbligu għall-offerenti li jaċċettaw it-talba — Assenza — Obbligu li tiġi annullata l-proċedura fil-każ ta’ rifjut — Assenza (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 130(2)(ċ)) (ara l-punti 37-40)

2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Għoti ta’ kuntratti — Esklużjoni tal-offerenti f’sitwazzjoni ta’ nuqqas serju ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi tagħhom fil-kuntest ta’ kuntratt ieħor — Kundizzjoni — Offerenti li kienu s-suġġett ta’ sanzjoni amministrattiva skont l-Artikolu 96(1) tar-Regolament Finanzjarju (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikoli 93(1)(f), 94 u 96(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 134b) (ara l-punti 50, 51)

3.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Dritt ta’ parteċipazzjoni għas-sejħiet għal offerti għall-impriżi stabbiliti f’pajjiżi mhux firmatarji tal-ftehim dwar il-kuntratti pubbliċi jew li jużaw subappaltaturi stabbiliti f’dawn il-pajjiżi — Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikoli 106 u 107) (ara l-punt 55)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, li ma tintgħażilx offerta — Evalwazzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3) (ara l-punti 76-80)

5.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Deċiżjoni li teħtieġ evalwazzjoni teknika kumplessa — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (ara l-punti 88, 111)

6.                     Proċedura — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Sempliċi allegazzjoni mingħajr preċiżazzjonijiet fattwali jew legali — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 114, 115)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2009, li jiċħdu l-offerti ppreżentati mir-rikorrenti, rispettivament, għal Lott Nru 1, intitolat “Perizja dwar żvilupp fuq il-post (intra-muros)” u għal Lott Nru 2, intitolat “Proġetti ta’ żvilupp barra l-post (extra-muros)”, fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti RTD-R4-2007-001, dwar il-provvista ta’ servizzi esterni ta’ żvilupp, ta’ studji u ta’ sostenn għal sistemi ta’ informazzjoni għall-Kummissjoni (ĠU 2007, S 238), kif ukoll tad-deċiżjonijiet li dawn il-lottijiet jiġu assenjati lil offerenti oħra u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.