Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Ġunju 2009 - Il-Kummissjoni vs Edificios Inteco

(Kawża T-235/09)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: G. Valero Jordana, aġent)

Konvenuta: Edificios Inteco, SL (Valladolid, Spanja)

Talbiet tar-rikorrent

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lura lir-rikorrenti s-somma ta EUR 157 238.07 flimkien mal-interessi ta' EUR 81 686.22 dovuti sal-1 ta' Ġunju 2009, flimkien mal-interessi għal kull ġurnata ta' dewmien, li jammontaw għal EUR 21.73796/kuljum, b'effett mit-2 ta' Ġunju 2009 sar-rimbors totali tad-dejn;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni Ewropea titlob il-ħlas lura parzjali tas-somom imħallsa bil-quddiem lill-kumpannija Edificios Inteco, S.L. fil-kuntest ta' kuntratt dwar il-proġett "Energy - Comfort 2000 Phase I", li kellu bħala għan il-bini ta' ċentru kummerċjali u ta' negozju fil-belt ta' Valladolid (Spanja), u li ġie mħassar mill-Kummissjoni.

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta naqset milli twettaq l-obbligi kuntrattwali tagħha.

____________