Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-358/13)1

(“FAEŻR – Approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri għal dak li jikkonċerna l-ispejjeż iffinanzjati mill-FAEŻR – Deċiżjoni li tiddikjara li ċertu ammont ma jistax jerġa’ jintuża fil-kuntest tal-pjan ta’ żvilupp rurali tar-reġjun tal-Basilicate – Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri u B. Tidore, aġenti, assistiti minn M. Salvatorelli, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Aquilina et P. Rossi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/209/UE, tas-26 ta’ April 2013, dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2012 (ĠU L 118, p. 23), sa fejn hija tikklassifika bħala “ammont li ma jistax jerġa’ jintuża” l-ammont ta’ EUR 5 006 487.10 relatat mal-pjan ta’ żvilupp rurali għar-reġjun tal-Basilicate (l-Italja). DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 252, 31.8.2013.