Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2013 – SA.PAR. vs UASI – Salini Costruttori (GRUPPO SALINI)

(Kawża T-321/10) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali GRUPPO SALINI – Mala fide – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: SA.PAR. Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Masetti Zannini de Concina, M. Bussoletti u G. Petrocchi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Mannucci u P. Bullock, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Salini Costruttori SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: C. Bellomunno u S. Troilo, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat mid-deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ April 2010 (Każ R 219/2009-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Salini Costruttori SpA u SA.PAR. Srl,

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

SA.PAR. Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 260, 25.09.2010.