Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Awissu 2010 - SA.PAR. vs UASI - Salini Costruttori (GRUPPO SALINI)

(Kawża T-321/10)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: SA.PAR. Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Masetti Zannini de Concina, avukat, M. Bussoletti, avukat, G. Petrocchi, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Salini Costruttori SpA (Ruma, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' r-rikors preżenti.

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta' April 2010, minħabba ksur tal-Artikoli 52(1)(b) u 53(1)(a) tar-RMC u minħabba nuqqas ta' motivazzjoni.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-kawża preżenti kif ukoll għal dawk tal-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: trade mark verbali "GRUPPO SALINI" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3 832 161), għal servizzi fil-klassijiet 36, 37 u 42

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: SALINI COSTRUTTORI S.p.A.

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: trade mark magħrufa sew fl-Italja, trade mark de facto, l-isem ta' dominju u l-isem ta' kumpannija "SALINI", għal servizzi fil-klassijiet 36, 37 u 42.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u trade mark Komunitarja ddikjarata invalida.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) u (2)(c), kif ukoll ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja, u nuqqas ta' motivazzjoni.

____________