Rikors ippreżentat fid-19 ta' April 2007 - Lebedef vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-36/07)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiz
Partijiet
Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, Il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avocat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrent
l-annullament tar-Rapport ta' Żvilupp ta' Karriera (RŻK) tar-rikorrent għall-perijodu 1.1.2005 - 31.12.2005 u iktar preċiżament il-parti tar-RŻK stabbilita minn Eurostat għal dan l-istess perijodu
li l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tiġi ordnata tbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' implementazzjoni ta' l-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Persunal u b'mod iktar speċifiku d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-rappreżentanti sindakali u statutarji, fuq il-ksur tal-prinċipju ta' aspettattivi leġittimi u tar-regola "patere legem quam ipse fecisti".
____________