Language of document : ECLI:EU:F:2012:67

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA

(L-Ewwel Awla)

24 ta’ Mejju 2012

Kawża F‑91/11

Ciprian-Calin Alionescu

vs

Il‑Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku — Reklutaġġ — Kompetizzjoni ġenerali — Deċiżjoni ta’ estensjoni tat-terminu ta’ reġistrazzjoni — Nuqqas ta’ lment — Inammissibbiltà manifesta”

Suġġett:      Rikors ippreżentat taħt l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA abbażi tal-Artikolu 106a tiegħu, li bih C. Alionescu jitlob l-annullament tad-deċiżjoni li biha l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) iddeċieda li jestendi b’sitt sigħat it-terminu ta’ reġistrazzjoni għall-kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/206/11 u EPSO/AD/207/11 kif ukoll l-adozzjoni ta’ miżuri konsekuttivi għal dan l-annullament.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. Ir-rikorrent għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

Sommarju

Uffiċjali — Rikors — Att li jikkawża preġudizzju — Deċiżjoni tal-estensjoni tat-terminu ta’ reġistrazzjoni għal kompetizzjoni li toħroġ mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) — Nuqqas ta’ lment amministrattiv imressaq qabel — Inammissibbiltà manifesta

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

Ħlief fl-ipoteżi fejn rikors huwa ppreżentat kontra att li ma joħroġx mill-Awtorità tal-Ħatra nnifisha, bħal deċiżjoni ta’ Bord tal-Għażla ta’ kompetizzjoni jew rapport ta’ evalwazzjoni, in-nuqqas tat-tressiq minn qabel ta’ lment fit-terminu stabbilit iwassal għall-inammissibbiltà tar-rikors.

Issa, rikors kontra deċiżjoni ta’ estensjoni tat-terminu ta’ reġistrazzjoni għal kompetizzjoni mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) bħala l-awtorità tal-organizzazzjoni tal-kompetizzjoni, u mhux mill-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni, għandu neċessarjament ikun is-suġġett ta’ lment amministrattiv li għandu jitressaq qabel. Fin-nuqqas ta’ dan, dan ir-rikors huwa manifestament inammissibbli.

(ara l-punti 15-17)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja 10 ta’ Ġunju 1987, Pomar vs Il‑Kummissjoni, 317/85, punti 11 u 13

Il-Qorti tal-Prim’Istanza:Ġenerali 20 ta’ Ġunju 1990, Burban vs Il‑Parlament, T‑133/89, punt 17; 16 ta’ Lulju 1992, Della Pietra vs Il‑Kummissjoni, T‑1/91, punt 23

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku 9 ta’ Diċembru 2008, T vs Il‑Kummissjoni, F‑106/05, punt 84