Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Graz (l-Awstrija) fis-6 ta’ Jannar 2022 – Staatsanwaltschaft Graz vs MS

(Kawża C-16/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Graz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatsanwaltschaft Graz

Konvenut: MS

Parti oħra fil-proċedura: Finanzamt für Steuerstrafsachen und Steuerfahndung Düsseldorf

Domanda preliminari

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(c)(i) tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali 1 , għandhom jiġu interpretati fis-sens li għandu wkoll jitqies bħala “awtorità ġudizzjarja” u bħala “awtorità emittenti” fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, uffiċċju tat-taxxa Ġermaniż inkarigat bi kwistjonijiet fiskali kriminali u b’investigazzjoni fiskali, li skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, huwa awtorizzat jeżerċita drittijiet u dmirijiet tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku fir-rigward ta’ ċerti reati?

____________

1 ĠU 2014, L 130, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 143, p. 16.