Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Lulju 2008 - Communauté d'Agglomération du Douaisis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-279/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Communauté d'Agglomération du Douaisis (rappreżentant: M.-Y Benjamin, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni Nru C 38/2007 tal-Kummissjoni tat-2 ta' April 2008

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni C(2008) 1089 finali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tat-2 ta' April 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni kienet iddikjarat inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-rikorrenti u mir-Région Nord-Pas-de-Calais favur Arbel Fauvet Rail SA fil-forma ta' ħlasijiet bil-quddiem rimborsabbli b'rata ta' interessi annwali ta' 4,08 % li tikkorrispondi mar-rata ta' referenza Komunitarja applikabbli fil-mument ta' l-għoti. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, Arbel Fauvet Rail SA, ma kinitx tkun tista' tikseb fondi b'kundizzjonijiet daqstant favorevoli fis-suq finanzjarju.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali mressqa mir-rikorrenti huma simili għal dawk imressqa fil-kuntest tal-Kawża T-267/08, Région Nord-Pas-de-Calais vs Il-Kummissjoni.

____________