Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2008 - Perry vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-280/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Claude Perry (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J. Culioli, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrent
tiddikjara li kien hemm nuqqasijiet minn naħa tal-Kummissjoni;
tiddikjara li dawn in-nuqqasijiet jistabbilixxu r-responsabbiltà extra-kuntrattwali tal-Komunità;
tiddikjara li kien hemm dannu lir-rikorrent b'rabta kawżali ma' dawn in-nuqqasijiet;
tiddikjara li l-Komunità hija obbligata li tikkumpensa dan id-dannu;
tilqa' t-talba ta' C. Perry li stima dan id-dannu għas-somma ta' EUR 1 000 000;
tikkundanna lill-Komunità għall-ħlas tas-somma ta' EUR 1 000 000 favur C. Perry;
tikkundanna lill-Komunità għall-ispejjeż kollha tal-kawża;
tiddikjara li hu ekwu li l-Komunità tħallas id-drittijiet u l-ispejjeż tad-difiża, għal ammont ta' EUR 10 000.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrent qed jitlob kumpens għad-dannu li huwa jqis li ġarrab minħabba l-akkużi ta' miżapproprijazzjoni ta' għotjiet Komunitarji waqt l-eżekuzzjoni ta' ċerti kuntratti konklużi bejn kumpanniji tar-rikorrent u l-Kummissjoni fil-kuntest ta' l-għajnuna umanitarja ta' l-Unjoni Ewropea ddestinata għall-Bosnja u r-reġjun tal-Lagi l-Kbar (Great Lakes region) fl-Afrika.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrent huma identiċi għal dawk invokati fl-kuntest tal-kawża T-132/98 Grupp Perry u Isibiris vs Il-Kummissjoni
1.
____________1 - ĠU 1998 C 312, p. 20.