Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Purasac vs EUIPO – Prollenium Medical Technologies (Rejeunesse)

(Kawża T-543/21) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Rejeunesse – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea  REVANESSE – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Purasac Co. Ltd (Anyang-si, il-Korea t’Isfel) (rappreżentant: P. Lee, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti E. Sliwinska u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Prollenium Medical Technologies, Inc. (Aurora, Ontario, il-Kanada) (rappreżentant: R. Lyxell, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Lulju 2021 (Każ R 146/2021-4).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Purasac Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 422, 18.10.2021.