Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-26/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi, C. Bernard-Glanz u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrent minħabba fastidju psikoloġiku.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni impliċita li tiċħad it-talba għal assistenza tar-rikorrent tat-13 ta’ Frar 2013;

tannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 2013 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tas-26 ta’ Awwissu 2013;tagħti lir-rikorrent kumpens ta’ natura li jiġi kkumpensat id-dannu subit minnu ta’ ammont ta’ EUR 7 500 għad-dannu materjali u ta’ ammont ta’ EUR 50 000 għad-dannu morali;tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.