Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tal-15 ta’ Ottubru 2014 – De Bruin vs Il-Parlament

(Kawża F-15/14) 1

(Servizz pubbliku - Uffiċjal bi prova - Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal – Rapport dwar il-perijodu ta’ prova li jistabbilixxi l-inkapaċità tal-uffiċjal bi prova – Estensjoni tal-perijodu ta’ prova – Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova – Raġunijiet għat-tkeċċija – Rendiment – Ħeffa fl-eżekuzzjoni tas-servizz – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni – Irregolaritajiet fil-proċedura – Terminu impost fuq il-kumitat tar-rapporti sabiex jagħti l-opinjoni tiegħu)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Evert Anton De Bruin (Lent, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Salerno, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Dean u M. Ecker, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tirrexindi l-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrent fi tmiem il-perijodu ta’ estensjoni tal-perijodu ta’ prova tiegħu.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.E.A. De Bruin għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat jbati l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.