Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2014 – Fuchs vs UASI – Les Complices (Stilla f’ċirku)

(Kawża T-342/12) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta stilla f’ċirku – Trade marks Komunitarja u nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw stilla f’ċirku – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Revoka tat-trade mark Komunitarja preċedenti – Żamma tal-interess ġuridiku – Assenza tal-fatt li parzjalment ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Max Fuchs (Freyung, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Les Complices SA (Montreuil-sous-Bois, Franza)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Mejju 2012 (Każ R 2040/2011-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Les Complices SA u Max Fuchs.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Max Fuchs huwa kkundannat għall-ispejjeż.