Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2023 – Vi.ni.ca. vs EUIPO – Venica & Venica (agricolavinica. Le Colline di Ripa)

(Kawża T-627/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea agricolavinica. Le colline di Ripa – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea VENICA – Raġuni relattiva ta’ invalidità – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Vi.ni.ca. Srl - soc. agr. (Ripalimosani, l-Italja) (rappreżentant: S. Di Pardo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: R. Raponi, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Venica & Venica di Gianni e Giorgio Venica Ss soc. agr. (Dolegna del Collio, l-Italja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob, essenzjalment, l-annullament u r-riforma tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Lulju 2022 (Każ R 90/2022-4).

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Lulju 2022 (Każ R 90/2022-4) hija annullata.

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 451, 28.11.2022.