Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2023 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-48/22) 1

(“FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Proċedura ta’ clearance tal-konformità – Bidwi attiv – Artijiet bil-ħaxix permanenti – Kampjun ta’ kontroll – Ħlasijiet indebiti – Preżentazzjoni tardiva tal-applikazzjoni – Dixxiplina finanzjarja – Obbligu ta’ motivazzjoni – Aspettattivi leġittimi – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil, O. Serdula u J. Očková, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Aquilina, A. Becker, K. Walkerová u M. J. Hradil, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-Repubblika Ċeka titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2020 tas-17 ta’ Novembru 2021 li teskludi mill-finanzjament mill-Unjoni Ewropea ċertu nefqa imġarrba mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2021, L 413, p. 10), sa fejn din tirrigwarda l-infiq li hija sostniet matul is-snin 2015 sa 2017, għal ammont ta’ EUR 43 470 836.30.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2020 tas-17 ta’ Novembru 2021 li teskludi mill-finanzjament mill-Unjoni Ewropea ċertu nefqa imġarrba mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) hija annullata sa fejn din timponi fuq ir-Repubblika Ċeka korrezzjoni finanzjarja minħabba, minn naħa, ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jirrigwardaw l-għażla tal-kampjun tal-benefiċċjarji ta’ għajnuna li għandhom ikunu suġġetti għal kontroll standard, għal ammont ta’ EUR 18 833.24, u, min-naħa l-oħra, nuqqasijiet fil-kontroll intiż li jiġi vverifikat jekk żona mhux eliġibbli għall-benefiċċju tal-għajnuna, għal sena, kinitx ukoll mhux eliġibbli għas-snin preċedenti u kellha tagħti lok għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ rkupru tal-ħlasijiet indebiti fil-kuntest tal-iskema ta’ ħlas uniku skont iż-żona, għal ammont ta’ EUR 17 855 884.41.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Ċeka u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu, kull waħda minnhom, l-ispejjeż tagħhom.

____________

1     ĠU C 128, 21.3.2022.