Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Settembru 2011 - Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-86/09)1

"Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Provvista ta' servizzi informatiċi, inkluż il-manutenzjoni u l-iżvilupp ta' sistemi ta' informazzjoni tad-Direttorat Ġenerali għas-Sajd u għall-Affarijiet Marittimi - Rifjut tal-offerta ta' offerent - Obbligu ta' motivazzjoni - Trattament ugwali - Trasparenza - Kriterji tal-għażla - Kunflitt ta' interess - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Ġreċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis, P. Katsimani u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Bambara u E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta' Diċembru 2008, li tiċħad l-offerta mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti MARE/2008/01, li tirrigwarda l-provvista ta' servizzi informatiċi, inkluż il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistemi ta' informazzjoni tad-Direttorat Ġenerali għas-Sajd u għall-Affarijiet Marittimi tal-Kummissjoni (ĠU 2008, S 115), kif ukoll tad-deċiżjoni ta' għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għal danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 113, 16.05.2009.