Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Novembru 2011 - Henkel u Henkel France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-607/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Henkel AG & Co. KGaA (Düsseldorf, il-Ġermanja), Henkel France (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: R. Polley, T. Kuhn, F. Brunet u E. Paroche, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2011 li ma tibgħatx ħmistax-il dokument prodott fil-Każ COMP/39.579 (deterġenti domestiċi) lill-Awtorità tal-Kompetizzjoni Franċiża;

tordna lill-Kummissjoni tawtorizza li r-rikorrenti jinvokaw id-dokumenti mitluba fil-proċedura pendenti quddiem l-Awtorità tal-Kompetizzjoni Franċiża;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti marbuta ma' dan ir-rikors;

tadotta kull miżura oħra li l-Qorti Ġenerali tqis xierqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed. Skont dan l-uniku motiv, il-Kummissjoni illegalment ċaħdet it-talba tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni Franċiża intiza li jintbagħtu l-ħmistax-il dokument mitlub u għalhekk kisret l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(3) tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea u d-drittijiet fundamentali tad-difiża tar-rikorrenti kif ukoll il-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali għall-partijiet.

____________