Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Novembru 2011 - Woodman Labs vs UASI - 2 Mas 2 Publicidad Integral (HERO)

(Kawża T-606/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Woodman Labs, Inc. (Sausalito, l-Istati Uniti tal-Amerka) (rappreżentant: M. Graf, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: 2 Mas 2 Publicidad Integral, SL (Vitoria-Gasteiz, Spanja)

Talbiet

l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta' Settembru 2011 fil-Każ R 876/2010-4; u

tordna li l-konvenut ibati l-ispejjeż ta' din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "HERO", għal prodotti fil-klassi 9 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6750376

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5883533 tat-trade mark figurattiva fid-deheb u fl-iswed "hero PICTURES", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja aċċettata għal parti mill-prodotti fil-klassi 9

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ddeċieda b'mod żbaljat li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark preċedenti u t-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni.

____________