Language of document : ECLI:EU:T:2012:22





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2012 — Henkel u Henkel France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-607/11 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-trażmissjoni ta’ dokumenti lil awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni — Talba għal miżuri provviżorji — Assenza ta’ interess ġuridiku — Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti proċedurali — Assenza ta’ natura provviżorja tal-miżuri mitluba — Inammissibbiltà”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 13-15)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Interess tar-rikorrent li jikseb is-sospensjoni — Talba intiża sabiex tinkiseb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni negattiva tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tittrażmetti dokumenti lil awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni — Sospensjoni li ma tistax tbiddel is-sitwazzjoni tar-rikorrent — Esklużjoni (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 19, 21)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Miżuri li ma jippreġudikawx id-deċiżjoni fuq il-mertu — Talba għal aċċess għal dokumenti li kienu s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ rifjut ikkontestata permezz ta’ rikors għal annullament — Kundizzjoni mhux sodisfatta — Inammissibbiltà tat-talba għal miżuri provviżorji (Artikolu 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 23, 24)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji relatati mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2011 (Każ COMP/39.579 — Deterġenti domestiċi — u Każ 09/0007 F) li tiċħad it-talba tal-Awtorità tal-kompetizzjoni Franċiża li tittrasferilha, fil-kuntest tal-Każ 09/0007 F, dwar is-settur Franċiż tad-deterġenti, numru ta’ dokumenti ppreżentati fil-Każ COMP/39.579.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.