Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2013 – Beifa Group vs UASI - Schwan-Stabilo Schwanhäußer (Strumenti tal-kitba)

(Kawża T-608/11) 1

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta strument tal-kitba - Trade marks nazzjonali figurattivi u tridimensjonali preċedenti - Raġuni ta’ invalidità - Użu fid-disinn Komunitarju ta’ sinjal preċedenti li l-proprjetarju tiegħu għandu dritt li jiprojbixxi l-użu - Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti”)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż    

Partijiet

Rikorrenti: Beifa Group Co. Ltd (Ningbo, iċ-Cina) (rappreżentanti: R. Davis, barrister, N. Cordell, solicitor, u B. Longstaff, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Schwan-Stabilo Schwanhäußer GmbH & Co. KG (Heroldsberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Gauß u U. Blumenröder, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Awwissu 2011 (Każ R 1838/2010-3), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn Schwan-Stabilo Schwanhäußer GmbH & Co. KG u Ningbo Beifa Group Co., Ltd.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Beifa Group Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 32, 04.02.2012.