Language of document : ECLI:EU:T:2013:334





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2013 — Beifa Group vs UASI – Schwan-Stabilo Schwanhäußer (Strumenti tal-kitba)

(Kawża T‑608/11)

“Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta strument tal-kitba — Trade marks nazzjonali figurattivi u tridimensjonali preċedenti — Raġuni ta’ invalidità — Użu fid-disinn Komunitarju ta’ sinjal preċedenti li l-proprjetarju tiegħu għandu dritt li jipprojbixxi l-użu — Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti”

1.                     Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni — Portata — Teħid inkunsiderazzjoni kemm tal-motivazzjoni kif ukoll tad-dispożittiv tas-sentenza (Artikolu 266 TFUE) (ara l-punt 33)

2.                     Disinni Komunitarji — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Appell kontra deċiżjoni meħuda minn unità tal-Uffiċċju — Eżami mill-Bord tal-Appell — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 25(1) u 60(1)) (ara l-punti 37, 56)

3.                     Disinni Komunitarji — Dispożizzjonijiet proċedurali — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 62) (ara l-punti 42, 51)

4.                     Disinni Komunitarji — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Appell kontra deċiżjoni meħuda minn unità tal-Uffiċċju — Eżami mill-Bord tal-Appell — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 63) (ara l-punt46)

5.                     Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Użu ta’ sinjal distintiv f’disinn sussegwenti — Prova tal-użu tas-sinjal distintiv — Rikors ippreżentat espressament u fi żmien utli mir-rikorrent — Possibbiltà li jiġi ppreżentat ir-rikors għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu25(121)(e)) (ara l-punti 58, 59, 89, 90)

6.                     Disinni Komunitarji — Dispożizzjonijiet proċedurali — Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 62) (ara l-punti 67, 68)

7.                     Rikors għal annullament — Motivi — Motiv ineffettiv — Kunċett (ara l-punt 106)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Awwissu 2011 (Każ R 1838/2010‑3), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn Schwan-Stabilo Schwanhäußer GmbH & Co. KG u Ningbo Beifa Group Co. Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Beifa Group Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.