Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta' Mejju 2010 - Kitzinger vs UASI - Mitteldeutscher Rundfunk, Zweites Deutsches Fernsehen (KICO)

(Kawża T-249/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kitzinger & Co. (GmbH & Co. KG) (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Kitzinger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Mitteldeutscher Rundfunk (korp tad-dritt pubbliku) (Leipzig, il-Ġermanja), Zweites Deutsches Fernsehen (korp tad-dritt pubbliku) (Mainz, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tibdel id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-25 ta' Marzu 2010, fil-Każ R 1388/2008 b'tali mod li d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-28 ta' Lulju 2008 dwar l-oppożizzjoni Nru B 1 133 612 tiġi annullata u l-oppożizzjoni tiġi miċħuda;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta' Marzu 2010 fil-Każ R 1388/2008-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kuluri blu u griż, li tinkludi l-element verbali "KICO" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 36 u 39.

Proprjetarji tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Mitteldeutscher Rundfunk (Anstalt des öffentlichen Rechts) u Zweites Deutsches Fernsehen (Anstalt des öffentlichen Rechts)

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Komunitarja "KIKA" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 8, 9, 11, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 28, 29, 30, 32, 38 u 41 u t-trade mark figurattiva Ġermaniża bil-kuluri iswed u abjad li tinkludi l-element verbali "KIKA" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 8, 9, 11, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 28, 29, 30, 32, 38, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/20091 għaliex ma teżisti l-ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).