Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fil-31 ta’ Diċembru 2021 – Endesa Generación S.A.U vs Tribunal Económico Administrativo Central

(Kawża C-833/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Nacional

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Endesa Generación S.A.U

Konvenut: Tribunal Económico Administrativo Central

Domandi preliminari

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali Spanjola li tistabbilixxi taxxa fuq il-faħam intiż għall-produzzjoni tal-elettriku u li, minkejja li l-għan tagħha huwa allegatament il-protezzjoni tal-ambjent, ma tirriflettix dan l-għan fl-istruttura tat-taxxa u tiddedika d-dħul minnha għall-finanzjament tal-ispejjeż tas-sistema elettrika hija konformi mal-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku 1 ?

Jista’ jiġi kkunsidrat li l-istruttura tat-taxxa tirrifletti l-għan ambjentali sa fejn ir-rati tat-taxxa huma stabbiliti skont is-saħħa kalorifika tal-faħam użat għall-produzzjoni tal-elettriku?

L-għan ambjentali huwa milħuq bis-sempliċi fatt li jinġabru taxxi fuq ċerti prodotti tal-enerġija mhux rinnovabbli u mhux fuq l-użu ta’ dawk li huma kkunsidrati bħala ta’ ħsara inqas għall-ambjent?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405.