Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' Ġunju 2011 - Tecnoprocess vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-367/09) 1

"Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Sejħa għal teħid ta' azzjoni - Inammissibbiltà manifesta - Rikors għad-danni - Rabta kawżali - Rikors manifestament infondat fid-dritt"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Tecnoprocess Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Majoli, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Prete u A. Bordes, aġenti)

Suġġett

Rikors intiż, min-naħa waħda, sabiex jiġi kkonstatat nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Kummissjoni Ewropea u mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Marokk u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit minħabba dan in-nuqqas li tittieħed azzjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

Tecnoprocess Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 267, 07.11.2009.