Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Settembru 2012 - Steiff vs UASI (Tikketta mwaħħla permezz ta' buttuna tal-metall f'nofs il-widna ta' ġugarell artab fil-forma ta' annimal)

(Kawża T-434/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Margarete Steiff GmbH (Giengen an der Brenz, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Fissl avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta' Lulju 2012, fil-Każ R 1692/2011-1;

tannulla ċ-ċaħda mill-UASI tal-Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 9 439 654;

tikkudanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark ta' pożizzjoni li permezz tagħha tingħata protezzjoni bħala trade mark fir-rigward ta' tiketta tawwalija ta' materjal tat-tessut, imwaħħla f'nofs il-widna ta' ġugarell artab fil-forma ta' annimal permezz ta' buttuna tonda tal-metall, li tleqq jew matta, fir-rigward ta' prodotti fil-klassi 28 - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 9 439 654

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________