Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Settembru 2012 - Bacardi vs UASI- Granette & Starorežná Distilleries (42 BELOW)

(Kawża T-435/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bacardi Co. Ltd (Vaduz, il-Liechtenstein) (rappreżentant: M. Reinisch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Granette & Starorežná Distilleries a.s. (Ústí nad Labem, ir-Repubblika Ċeka)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta' Lulju 2012 fil-Każ R 2100/2011-2

tiċħad l-oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali "42 BELOW" Nru 8391856 għal prodotti fil-klassi 33

tibgħat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea lill-UASI; u

tordna lill-UASI u lill-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell iħallsu l-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "42 BELOW", għal prodotti fil-klassi 33 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8391856

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-rade mark irreġistrata Ċeka Nru 263350 għat-trade mark figurattiva "VODKA 42", għal, fost l-oħrajn, prodotti u servizzi fil-klassi 33; it-trade mark mhux irreġistrata "VODKA 42" użata fir-Repubblika Ċeka u fis-Slovakkja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ u ċaħda tal-applikazzjoni għal trade mark Komunnitarja għall-prodotti kollha

Motivi invokati:

ksur tar-Regola 50(2)(ġ) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95; u

ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________