Language of document : ECLI:EU:T:2018:715

Kawża T435/12

Bacardi Co. Ltd

vs

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea 42 BELOW – Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti mhux irreġistrata VODKA 42 – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Użu fil-kummerċ – Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-EUIPO”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal‑24 ta’ Ottubru 2018

1.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d))

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Kundizzjonijiet – Interpretazzjoni fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni – Evalwazzjoni fid-dawl tal-kriterji stabbiliti mid-dritt nazzjonali li jirregola s-sinjal invokat

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4))

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell – Eżami mill-ġdid taċ-ċirkustanzi ta’ fatt fid-dawl ta’ provi mhux ippreżentati preċedentement quddiem id-dipartimenti tal-Uffiċċju – Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Użu tas-sinjal fil-kummerċ – Kriterju temporali

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4)(a))

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Użu tat-trade mark li jista’ jiġi pprojbit bis-saħħa ta’ dritt preċedenti ieħor – Stħarriġ eżerċitat mid-dipartimenti kompetenti tal-Uffiċċju u mill-Qorti Ġenerali dwar id-dritt nazzjonali applikabbli – Portata

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(1) u (2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 37)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Sinjal li jagħti lill-proprjetarju tiegħu d-dritt li jipprojbixxi l-użu ta’ trade mark iktar reċenti – Oneru tal-prova

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4)(b))

7.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Eżami ex officio tal-fatti – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Eżami limitat għall-motivi invokati – Evalwazzjoni mill-Uffiċċju tal-materjalità tal-fatti invokati u tas-saħħa probatorja tal-elementi ppreżentati – Portata

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76)

8.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Trade mark figurattiva 42 BELOW – Trade mark figurattiva mhux irreġistrata VODKA 42

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4))

9.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Kundizzjonijiet – Eżistenza ta’ dritt preċedenti li ma ġiex invalidat permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li saret definittiva

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 29)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 43 sa 45, 59)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 52)

4.      Hemm lok li jiġi applikat, għall-kundizzjoni tal-użu fil-kummerċ tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni, l-istess kriterju temporali bħal dak espressament previst fl-Artikolu 8(4)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja rigward il-kisba tad-dritt għal dan is-sinjal, jiġifieri dak tad-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni.

(ara l-punt 60)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 78 sa 82)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 84)

7.      Huwa l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) li għandu jeżamina jekk, fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ raġuni ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni invokata humiex issodisfatti. F’dan il-kuntest, huwa għandu jevalwa l-materjalità tal-fatti invokati u s-saħħa probatorja tal-provi prodotti mill-partijiet. Huwa jista’ jintalab jieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li fih is-sinjal preċedenti li fuqu hija bbażata l-oppożizzjoni jgawdi minn protezzjoni. F’dan il-każ, huwa għandu jinforma ruħu ex officio, permezz tal-mezzi li jidhrulu li jkunu utli għal dan l-għan, dwar id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat fil-każ li tali informazzjoni tkun neċessarja għall-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ raġuni ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni inkwistjoni u, b’mod partikolari, tal-materjalità tal-fatti ppreżentati jew tas-saħħa probatorja tad-dokumenti prodotti.

(ara l-punt 85)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 89 sa 105)

9.      Mill-ġurisprudenza jirriżulta li, sabiex opponent ikun jista’, abbażi tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja, jimpedixxi r-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni, huwa neċessarju u suffiċjenti li, meta l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) jivverifika li l-kundizzjonijiet tal-oppożizzjoni huma ssodisfatti, tkun tista’ tiġi invokata l-eżistenza ta’ dritt preċedenti li ma jkunx ġie ddikjarat invalidu permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li saret definittiva.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, għalkemm l-Uffiċċju, meta jiddeċiedi fuq oppożizzjoni bbażata fuq l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009, għandu jieħu inkunsiderazzjoni d-deċiżjonijiet tal-qrati tal-Istati Membri kkonċernati dwar il-validità jew dwar il-klassifikazzjoni ta’ drittijiet preċedenti sostnuti sabiex jiġi żgurat li dawn id-drittijiet dejjem jipproduċu l-effetti rikjesti minn din id-dispożizzjoni, ma jistax jissostitwixxi d-diskrezzjoni tiegħu għal dik tal-qrati nazzjonali kompetenti, setgħa li barra minn hekk ma tingħatax lilu mir-Regolament Nru 207/2009.

Barra minn hekk, il-validità ta’ trade mark nazzjonali ma tistax tiġi kkontestata fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni, iżda biss fil-kuntest ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mibdija fl-Istat Membru kkonċernat. Barra minn hekk, għalkemm huwa l-Uffiċċju li għandu jivverifika, abbażi ta’ provi, li għandhom jingħataw mill-parti li qiegħda topponi, l-eżistenza tat-trade mark nazzjonali invokata insostenn tal-oppożizzjoni, huwa ma għandux jirriżolvi kunflitt bejn din it-trade mark u trade mark oħra fuq livell nazzjonali, liema kunflitt jaqa’ taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali.

Għaldaqstant, sakemm it-trade mark nazzjonali preċedenti tibqa’ effettivament protetta, l-eżistenza ta’ reġistrazzjoni nazzjonali preċedenti jew ta’ dritt ieħor preċedenti għal din tal-aħħar ma tkunx rilevanti fil-kuntest ta’ oppożizzjoni kontra applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea, anki jekk it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni hija identika għal trade mark nazzjonali preċedenti tal-impriża li għamlet l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni jew għal dritt ieħor li huwa preċedenti għat-trade mark nazzjonali li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni.

(ara l-punti 108 sa 111)