Language of document :

Appell ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2022 minn Airoldi Metalli SpA mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-5 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-1/22, Airoldi Metalli SpA vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-764/22 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Airoldi Metalli SpA (rappreżentanti: M. Campa, avvocato, D. Rovetta, avocat, P. Gjørtler, advokat, V. Villante, avvocato)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikkjara ammissibbli dan l-appell;

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża Airoldi Metalli SpA vs Il-Kummissjoni, T-1/22, u tiddikkjara ammissibbli r-rikors ippreżentat minn Airoldi Metalli SpA;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex teżamina fil-mertu r-rikors ippreżentat minn Airoldi Metalli SpA;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura u tal-proċedura fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fil-kuntest ta’ dan l-appell, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji prinċipali.

L-ewwel aggravju: żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali fl-interpretazzjoni tal-aħħar parti tas-sentenza tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE u r-rekwiżit u l-kunċett ta’ att regolatorju li ma jinkludix miżuri ta’ implimentazzjoni – kwalifika żbaljata tal-fatti u żnaturament tal-provi.

It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali fl-interpretazzjoni tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u b’mod partikolari r-rekwiżit li l-atti regolatorji inkwistjoni għandhom ikunu atti li “jirrigwardaw direttament u individwalment” – kwalifika żbaljata tal-fatti.

____________