Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2014 – Lech-Stahlwerke vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-274/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lech-Stahlwerke GmbH (Meitingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Zenke u T. Heymann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2014/C 37/07, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward tas-sostenn għall-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u minn gass tal-minjieri skont il-Gesetz für den Vorrang erneuerbarer Energien (Liġi dwar l-għoti ta’ prijorità għall-enerġija rinnovabbli), fil-verżjoni tagħha tal-25 ta’ Ottubru 2008, kif emendata bl-Artikolu 5 tal-Liġi tal-20 ta’ Diċembru 2012, u fir-rigward tat-tnaqqis tas-soprataxxa EEG għal impriżi li huma utenti intensivi tal-enerġija, sa fejn din id-deċiżjoni tikklassifika t-tnaqqis tas-soprataxxa EEG għal impriżi li huma utenti intensivi tal-enerġija, bħalma hija r-rikorrenti, bħala għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE u sa fejn tiddikjaraha, b’mod preliminari, bħala inkompatibbli mas-suq intern;

tikkundanna lill-konvenuta għal-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv: ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE – assenza ta’ għajnuna mill-Istat

Ir-rikorrenti ssostni li l-mekkaniżmu ta’ sostenn previst fil-Gesetz für den Vorrang erneuerbarer Energien (Liġi dwar l-għoti ta’ prijorità għall-enerġija rinnovabbli, iktar ’il quddiem l-“EEG”) b’mod ġenerali u, b’mod partikolari, l-iskema ta’ kumpens speċjali għall-impriżi li huma utenti intensivi tal-enerġija ma jammontawx għal għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE peress li ma hemm ebda trasferiment dirett jew indirett ta’ riżorsi tal-Istat. Is-sostenn huwa ffinanzjat esklużivament minn riżorsi privati li fir-rigward tal-pagamenti tagħhom ma huwa eżerċitat ebda kontroll mill-awtoritajiet tal-Istat.It-tieni motiv: ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE – assenza ta’ vantaġġ selettiv għall-impriżi li huma utenti intensivi tal-enerġijaIr-rikorrenti ssostni wkoll li l-iskema ta’ kumpens speċjali ma tipprovdi ebda vantaġġ selettiv għall-impriżi li huma utenti intensivi tal-enerġija. Minn naħa, l-impriżi ma jirċievu ebda vantaġġ li ma kinux jirċievu taħt kundizzjonijiet normali tas-suq peress li, f’dan il-każ, l-operaturi ta’ impjanti EEG li jiġġeneraw elettriku minn sorsi rinnovabbli jkollhom ibiegħu l-elettriku tagħhom bil-prezz tas-suq mingħajr ebda soprataxxa EEG. Min-naħa l-oħra, l-iskema ta’ kumpens speċjali tapplika għall-impriżi li huma utenti intensivi tal-elettriku, jiġifieri l-uniċi impriżi li huma affettwati mir-riskju li jitilfu l-kompetittività tagħhom fuq livell

internazzjonali minħabba s-soprataxxa EEG, mingħajr ebda distinzjoni fir-rigward tal-qasam tal-industrija tal-manifattura.It-ti

elet motiv: ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE – kompatibbiltà, fi kwalunkwe każ, mas-suq internAnki jekk tikkostitwixxi għajnuna, l-iskema ta’ kumpens speċjali hija fi kwalunkwe każ manifestament kompatibbli mas-suq intern skont id-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat li jinsabu fl-Artikolu 107(3)(b) u (ċ) fid-dawl tal-għan ta’ interess ġenerali li jitħarsu l-ambjent u l-klima filwaqt li tkun żgurata ekonomija Ewropea sostenibbli u stabbli.