Language of document : ECLI:EU:C:2017:149





Digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Marzu 2017 – EMA vs MSD Animal Health Innovation u Intervet international

[Kawża C512/16 P(R)]

“Appell – Digriet għal miżuri provviżorji – Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Direttiva 2001/82/KE – Regolament (KE) Nru 726/2004 – Dokumenti miżmuma mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) sottomessi fil-kuntest ta’ talba għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali għall-użu veterinarju – Deċiżjoni li tagħti lil terz l-aċċess għad-dokumenti – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni – Fumus boni juris – Urġenza – Ibbilanċjar tal-interessi”

1.      Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Applikazzjoni għall-appelli diretti kontra digriet għal miżuri provviżorji

(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 57 u l-Artikolu 58)

(ara l-punt 36)

2.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali – Rikors kontra deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini li tagħti l-aċċess għal rapporti ta’ studji kliniċi lil terz – Motivi li jirrigwardaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni koperta bis-sigriet tan-negozju u l-applikabbiltà ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ applikazzjoni ta’ eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess pubbliku skont ir-Regolament Nru 1049/2001 – Motivi li juru l-eżistenza ta’ kwistjonijiet legali kumplessi – Motivi mhux infondati prima facie

(Artikolu 278 TFUE; Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001,Artikolu 4(7) u Nru 726/2004, Artikoli 36, 38(3), 39(10), 57, 73 u 76; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82, Artikolu 13 u 13a)

(ara l-punti 59, 60, 67, 68, 7379)

3.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu prevedibbli bi grad ta’ probabbiltà suffiċjenti – Evalwazzjoni fil-kontenzjuż tal-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali – Invokazzjoni tan-natura kunfidenzjali tad-dokumenti kollha kkonċernati, meħuda fit-totalità tagħhom – Eżami mill-qorti tal-Unjoni tar-riskju li jseħħ dannu gravi u irreparabbli abbażi ta’ analiżi globali tad-dokumenti

(Artikoli 278 TFUE, 279 TFUE u 339 TFUE; Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 7; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2))

(ara l-punti 94, 95, 98, 102, 103)

4.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Dannu li ma jistax jissarraf f’ċifri – Dannu li ma jistax jiġi rrimedjat permezz ta’ rikors għad-danni – Natura irreparabbli

(Artikoli 268 TFUE, 278 TFUE, 279 TFUE u 340 TFUE)

(ara l-punt 117)

5.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini li tagħti l-aċċess għal rapporti ta’ studji kliniċi lil terz – Prevalenza tal-interess li tinżamm in-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni inkwistjoni meta mqabbla mal-interess pubbliku li jingħata aċċess immedjat għaliha – Sodisfazzjoni tal-interess pubbliku permezz tal-pubblikazzjoni ta’ sommarju mhux kunfidenzjali

(Artikoli 278 TFUE u 339 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 7; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2))

(ara l-punti 127, 128, 132, 134)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) hija kkundannata għall-ispejjeż tal-proċedura ta’ appell.