Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2023 – Korkmaz vs EUIPO - Intersnack Deutschland (CETOS)

(Kawża T-308/23)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Elif Korkmaz (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Weil, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Intersnack Deutschland SE (Köln)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CETOS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 514 974

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ April 2023 fil-Każ R 2031/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ r-rikors;

tiċħad l-appell tal-opponent/appellata u tilqa’ d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-14 ta’ Ottubru 2022 fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-opponent u lill-appellata Intersnack Deutschland SE għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________