Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2024 – Palírna U Zeleného stromu vs EUIPO – Bacardi (B42V)

(Kawża T-800/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea B42V – Reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva preċedenti 42 Below – Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tilqa’ t-talbiet tar-rikorrent – Inammissibbiltà manifesta parzjali – Rifjut tal-Bord tal-Appell milli jeżerċita l-kompetenzi tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni – Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Palírna U Zeleného stromu a.s. (Ústí nad Labem, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: J. Kindl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Bacardi & Co. Ltd (Meyrin, l-Isvizzera)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti qiegħda essenzjalment titlob li d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-3 ta’ Ottubru 2022 (Każ R 1240/2021-2) tiġi annullata u mibdula.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment, bħala manifestament infondat fid-dritt.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 54, 13.2.2023.