Language of document : ECLI:EU:T:2012:396





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Settembru 2012 –
DAI vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T-381/08)

“Agrikoltura – Zokkor – Sistema temporanja għar-ristrutturazzjoni tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità Ewropea – Regolamenti (KE) Nru 320/2006 u Nru 928/2006 – Deċiżjoni 2008/445/KE – Għajnuna retroattiva għar-ristrutturazzjoni”

1.                     Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Zokkor – Sistema temporanja ta’ ristrutturazzjoni tal-industrija taz-zokkor – Għajnuna għar-ristrutturazzjoni – Għajnuna addizzjonali mħallsa retroattivament għal kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni – Kalkolu tal-ammont – Teħid inkunsiderazzjoni tal-għajnuna mogħtija għall-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni segwenti – Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 320/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 1261/2007, Artikolu 3(8); Regolament tal-Kummissjoni Nru 968/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 1264/2007, Artikolu 16a) (ara l-punti 27-29)

2.                     Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Eċċezzjoni ta’ illegalità eċepita b’mod espliċitu biss fl-istadju tar-replika – Inammissibbiltà (Regoli tal-proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punti 32-36)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/445/KE, tal-11 ta’ Ġunju 2008, li tistabbilixxi għal kull Stat Membru l-ammonti ta’ għajnuna retroattiva għar-ristrutturar lill-produtturi u lill-impriżi li rristrutturaw fis-snin tas-suq 2006/2007 u 2007/2008 fil-kwadru tal-iskemi temporanji għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità Ewropea (ĠU L 156, p. 20).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

DAI – Sociedade de Desenvolvimento Agro-Industrial, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.