Language of document :

d:\documents\tra-doc\t-2016-0121\tra-doc-mt-req_comm-t-0121-2016-201603132-02_00.doc

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2016 – Tulliallan Burlington vs EUIPO - Burlington Fashion (BURLINGTON THE ORIGINAL)

(Kawża T-121/16)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tulliallan Burlington Ltd (St Helier, Jersey) (rappreżentant: A. Norris, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Burlington Fashion GmbH (Schmallenberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “BURLINGTON THE ORIGINAL” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 007 952 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 2501/2013-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-trade mark ikkontestata fir-rigward tal-prodotti kkontestati kollha;

tordna l-ħlas tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti marbuta ma’ dan l-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(5), 8(4) u 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________