Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – Ezz et vs Il-Kunsill

(Kawża T-256/11) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitatjiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu – Iffriżar ta’ fondi – Bażi legali – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ fatt – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Dritt għall-proprjetà – Il-libertà tal-intrapriża”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ahmed Abdelaziz Ezz (Giseh, l-Eġittu); Abla Mohammed Fawzi Ali Ahmed (Londra, ir-Renju Unit); Khadiga Ahmed Ahmed Kamel Yassin (Londra); u Shahinaz Abdel Azizabdel Wahab Al Naggar (Giseh) (rappreżentanti: inizjalment M. Lester, barrister, u J. Binns, solicitor, sussegwentement J. Binns, J. Lewis, QC, B. Kennelly, barrister, u I. Burton, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u I. Gurov, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher, M. Konstantinidis u A. Bordes, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK, tal-21 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, p. 63), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011, tal-21 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, p. 4), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ahmed Abdelaziz Ezz kif ukoll Abla Mohammed Fawzi Ali Ahmed, Khadiga Ahmed Ahmed Kamel Yassin u Shahinaz Abdel Azizabdel Wahab Al Naggar huma kkundannati jħallsu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 89, 19.03.2011.